Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (ASC) jagħmel riċerka biex il-Bord Ġenerali jkun jista’ jieħu deċiżjonijiet makroprudenzjali. L-ASC jikkonsisti mill-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv u 15-il espert li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' ħiliet, esperjenza u kompetenza relatati mas-setturi rilevanti kollha tas-swieq finanzjarji.
L-ASC jagħti sehmu għad-diskussjoni pubblika fuq il-politika makroprudenzjali billi jippubblika rapporti. Il-kontribuzzjonijiet jinkludu sejħiet għal: riżoluzzjoni bankarja kredibbli; unjoni tas-swieq tal-kapital Ewropej; u titjib fid-divulgazzjoni dwar assi b’intensità qawwija ta’ karbonju.
L-ASC hu responsabbli għall-Working Paper Series tal-BERS. Kull sena l-Kumitat jagħti wkoll il-Premju Ieke van den Burg għar-Riċerka, għal ekonomisti żgħażagħ.
L-ASC jiltaqa’ fi Frankfurt tal-anqas darba kull tliet xhur. Il-membri tiegħu jagħtu sehemhom f’firxa ta’ ħidma ta' politika u riċerka tal-BERS, fosthom fil-gruppi konġunti ASC-ATC għas-servizzi bankarji paralleli (shadow banking) u l-interkonnettività.
Thorsten Beck
Il-Business School (li qabel kienet Cass), University of London
Bo Becker
School of Economics ta' Stokkolma
Willem Buiter
Konsulent Ekonomiku Indipendenti
Elena Carletti
Università Bocconi, Milan
Stephen Cecchetti
Brandeis International Business School, Waltham Massachusetts
Kathryn Dominguez
University of Michigan
Pablo Hernández de Cos
Banco de España, rappreżentant tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv
Sebnem Kalemli-Özcan
University of Maryland
Malcolm Kemp
Nematrian Limited, Londra
Giovanna Nicodano
Università di Torino
Martin Oehmke
London School of Economics
Loriana Pelizzon
L-Istitut Leibniz għar-Riċerka Finanzjarja SAFE u l-Università Goethe ta' Frankfurt
Enrico Perotti
University of Amsterdam
Richard Portes
London Business School
Javier Suárez
Centro de Estudios Monetarios y Financieros (CEMFI), Madrid
Lars Svensson
Stockholm School of Economics
Declarations of interest (Dikjarazzjonijiet ta' interess, disponibbli bl-Ingliż biss)