Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kumitat Tekniku Konsultattiv

Il-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC) jagħti pariri u assistenza fuq affarijiet li jkunu rilevanti għax-xogħol tal-BERS.

L-ATC huwa magħmul minn:

  • rappreżentant ta’ kull bank ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri u rappreżentant tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
  • rappreżentant għal kull Stat Membru tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti (ir-rappreżentanti rispettivi jduru skont l-affarijiet li jiġu diskussi, sakemm l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ta’ Stat Membru partikolari ma jkunux ftiehmu fuq rappreżentant komuni)
  • rappreżentant tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
  • rappreżentant tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
  • rappreżentant tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)
  • żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea (KE)
  • rappreżentant tal-Bord Superviżorju tal-BĊE
  • rappreżentant tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
  • rappreżentant tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC)
  • rappreżentant tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (ASC)
  • rappreżentant tal-bank ċentrali nazzjonali tal-Islanda
  • rappreżentant tal-bank ċentrali nazzjonali tan-Norveġja
  • rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Liechtenstein
  • rappreżentant tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti tal-Istati msemmija hawn fuq tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA)

Il-paġni kollha f’din it-taqsima