Bord Ġenerali
Il-Bord Ġenerali jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiżgura li l-BERS ikun jista’ jwettaq il-kompiti fdati f’idejh. Il-Bord jiltaqa’ tal-anqas erba’ darbiet fis-sena (f’Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru).
Membri
Il-Bord Ġenerali huwa magħmul minn dawn il-membri li għandhom dritt għall-vot:
- il-President u l-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
- il-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri
- membru tal-Kummissjoni Ewropea
- il-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
- il-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
- il-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)
- il-President u ż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (ASC)
- il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC)
u minn dawn il-membri li m’għandhomx dritt għall-vot:
- rappreżentant għoli minn kull Stat Membru tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti (ir-rappreżentanti għoljin iduru skont l-affarijiet li jiġu diskussi, sakemm l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ta’ Stat Membru partikolari ma jkunux ftiehmu fuq rappreżentant komuni)
- il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC)
- il-Gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali tal-Islanda
- il-Gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali tan-Norveġja
- rappreżentant għoli tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Liechtenstein
- rappreżentant għoli tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti tal-Istati msemmija hawn fuq tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA)
- membru tal-kulleġġ tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali, meta dan ikun rilevanti għall-kompiti tiegħu
President u Viċi Presidenti
Christine LagardePresident tal-BERS
Stefan Ingves l-Ewwel Viċi President tal-BERS
José Manuel Campait-Tieni Viċi President tal-BERS