Il-Bord Ġenerali, presedut mill-President tal-BĊE Christine Lagarde, huwa l-korp deċiżjonali tal-BERS. Il-bord jiddiskuti żviluppi makroprudenzjali attwali u, fejn ikun meħtieġ, joħroġ rakkomandazzjonijiet u twissijiet.
Il-Kumitat ta’ Tmexxija jgħin fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Bord Ġenerali. Huwa jeżamina l-analiżi li jippreżentaw il-korpi konsultattivi tal-BERS (il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv) u jiddiskuti l-aġenda tal-politika makroprudenzjali tal-BERS.
Il-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC) jagħti pariri u assistenza fuq kwistjonijiet li jkunu rilevanti għax-xogħol tal-BERS.
Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (ASC) jagħmel riċerka sabiex il-Bord Ġenerali jkun jista’ jieħu deċiżjonijiet makroprudenzjali sodi. Il-konklużjonijiet tiegħu jiġu pubblikati regolarment fir-Rapporti tal-ASC. L-ASC joħroġ il-Working Paper Series tal-BERS u jieħu ħsieb il-Premju Ieke van den Burg għar-Riċerka.
Kumitat Xjentifiku Konsultattiv
Is-Segretarjat huwa responsabbli għax-xogħol ta’ kuljum tal-BERS. Jipprovdi għajnuna amministrattiva, analitika u statistika lill-kumitati tal-BERS.