Kumitat ta' Tmexxija
Il-Kumitat ta’ Tmexxija jgħin fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Bord Ġenerali. Huwa jeżamina l-analiżi li jippreżentaw il-korpi konsultattivi tal-BERS (il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv) u jiddiskuti l-aġenda tal-politika makroprudenzjali tal-BERS.
Il-Kumitat ta’ Tmexxija huwa magħmul minn:
- il-President u l-Ewwel Viċi President tal-BERS
- il-Viċi President tal-BĊE
- erba’ membri oħra tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE, eletti mill-membri u minn fost dawk il-membri tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE
- Membru tal-Kummissjoni Ewropea
- il-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
- il-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
- il-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)
- il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC)
- il-President tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (ASC)
- il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC)