Menu

Ċaħda u drittijiet tal-awtur

Ċaħda

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iżomm dan is-sit għall-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS). Permezz tas-sit tiegħu, il-BERS irid itejjeb l-aċċess pubbliku għal tagħrif fuq l-attivitajiet tiegħu. L-għan tagħna huwa li nżommu dan it-tagħrif aġġornat u eżatt. Madankollu, il-BERS u l-BĊE ma jaċċettaw ebda responsabbiltà jew obbligu fir-rigward tal-materjal li jinsab f’dan is-sit.

Dan il-materjal:

  • jikkonsisti f’tagħrif ta’ natura ġenerali u mhuwiex maħsub biex jindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ xi individwu jew entità partikolari;
  • xi drabi jkun illinkjat ma’ siti esterni li fuqhom il-BERS u l-BĊE m’għandhom ebda kontroll u li għalihom il-BERS u l-BĊE ma jerfgħu ebda responsabbiltà;
  • ma jikkostitwix parir professjonali jew legali.

Filwaqt li t-tagħrif imxandar f’dan is-sit ġej minn sorsi li l-BERS u l-BĊE jqisu li huma affidabbli, il-BERS u l-BĊE ma jieħdu ebda responsabbiltà jew obbligu għal xi telf imġarrab li jkun konsegwenti għal deċiżjonijiet jew azzjonijiet jew nuqqas ta’ azzjoni meħuda minn partijiet abbażi tal-informazzjoni pubblikata. B’mod partikolari, il-BERS u l-BĊE ma jieħdu ebda responsabbiltà jew obbligu għal xi telf ekonomiku jew telf indirett jew konsegwenzjali jew dannu, inkluż, bla restrizzjoni, telf ta’ negozju u telf ta’ qligħ b’konsegwenza diretta jew indiretta, jew li jkun relatat mal-pubblikazzjoni tat-tagħrif min-naħa tal-BERS, fosthom il-frekwenza ta’ din il-pubblikazzjoni jew l-użu tat-tagħrif minn kwalunkwe persuna.

Ta’ min jinnota li dokumenti jew tagħrif ieħor li jinsabu f’dan is-sit mhumiex garantiti li jirriproduċu eżattament it-testi adottati uffiċjalment. L-istrumenti legali tal-BERS kif pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dokumentazzjoni u/jew dejta oħra tal-BERS kif pubblikati mill-BERS biss jitqiesu li huma awtentiċi.

L-għan tagħna huwa li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, il-BĊE ma jistax jiggarantixxi li s-servizz tiegħu ma jiġix interrott jew ma jintlaqatx b’xi mod ieħor minn dawn il-problemi. Il-BERS u l-BĊE ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ xi problemi li jinqalgħu minħabba l-użu ta’ dan is-sit jew ta’ xi siti esterni llinkjati miegħu.

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda mhijiex maħsuba biex tillimita l-obbligi tal-BERS u tal-BĊE b’kontravenzjoni ta’ xi rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi l-obbligi tagħhom fir-rigward ta’ kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi skont din il-liġi.

Jekk tidħol f’xi taqsima ta’ dan is-sit, titqies li tkun aċċettajt dan ta’ hawn fuq.

Drittijiet tal-awtur

Drittijiet tal-awtur © għall-kontenut kollu ta’ dan is-sit: Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, c/o Bank Ċentrali Ewropew, Frankfurt am Main, il-Ġermanja.

Minbarra fil-każ tal-eċċezzjoni msemmija aktar ’l isfel, min jidħol fis-sit tal-BERS jista’ jagħmel użu mill-informazzjoni li fih sakemm josserva l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  1. Meta din l-informazzjoni titqassam jew tiġi riprodotta, għandha tixxandar preċiż u l-BERS għandu jissemma bħala s-sors.
  2. Fejn l-informazzjoni tiġi inkorporata f’dokumenti li jinbiegħu (bi kwalunkwe mezz), il-persuna fiżika jew ġuridika li tippubblika l-informazzjoni għandha tgħarraf lil min jixtri, qabel ma jħallas xi abbonament jew miżata u kull darba li jkollu aċċess għall-informazzjoni mis-sit tal-BERS, li t-tagħrif jista’ jitniżżel bla ħlas mill-istess sit.
  3. Jekk l-utent ibiddel l-informazzjoni (e.g. bl-aġġustament staġonali ta’ dejta statistika jew bil-kalkolu tar-rati ta’ tkabbir) dan għandu jingħad b’mod espliċitu.
  4. Meta tidħol fis-sit tal-BERS minn siti tan-negozju jew għall-finijiet ta’ riklamar, is-sit tal-BERS għandu jkun l-uniku element fit-tieqa tal-brawżer (i.e. m’għandux jidher inkwadrat f’sit ieħor).

B’eċċezzjoni għal dan li jidher hawn fuq, kull riproduzzjoni, pubblikazzjoni jew kopja, sħiħa jew parti minnha, ta’ dokumenti bl-isem tal-awtur(i) fis-sura ta’ pubblikazzjoni differenti, kemm stampata jew riprodotta elettronikament, tiġi permessa biss bl-awtorizzazzjoni espliċita bil-miktub minn qabel tal-BERS jew tal-awtur(i).

Użu tal-isem u logos

Il-BERS u l-BĊE jixtiequ jtennu li ma jistgħux jinżammu responsabbli jekk l-isem, il-logo jew l-indirizz tal-BERS jintużaw b’abbuż fi proġetti maħsubin biex iqarrqu bil-pubbliku. Jekk xi membru tal-pubbliku jara jew jirċievi xi dokumentazzjoni dubjuża li tirreferi għal jew li allegatament tkun ġejja mill-BERS, huwa għandu minnufih jagħmel rapport lill-awtorità lokali għall-infurzar tal-liġi jew jieħu parir mingħand il-membri nazzjonali rilevanti tal-BERS.