Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għal esperti dwar ir-riskju makroprudenzjali u sistemiku
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) nieda sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex jinħatru esperti internazzjonali fil-politika makroprudenzjali u fir-riskju sistemiku bħala membri tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (ASC, Advisory Scientific Committee) tiegħu.
Il-membri se jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali u l-esperjenza diversa tagħhom f'oqsma akkademiċi jew f’setturi oħra, b'mod partikolari f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jew fi trejdunjins, jew bħala fornituri jew konsumaturi ta' servizzi finanzjarji.
L-impjegati tal-istituzzjonijiet rappreżentati fil-Bord Ġenerali tal-BERS mhumiex eliġibbli biex japplikaw.
Il-kandidati li jgħaddu jinħatru fl-ASC għal mandat ta' erba' snin li jiġġedded u jkunu meħtieġa jirrispettaw l-obbligi ta' segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 u r-regoli dwar il-kunfidenzjalità. Huma se jkunu intitolati wkoll għal indennizzi u għar-rimborż ta' spejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-ASC.
Il-kandidati li la jinħatru fl-ASC u lanqas ma jiġu rifjutati matul dan il-proċess tal-għażla se jitqiegħdu fuq lista ta’ riżerva, li se tkun valida għal sentejn.
Formola ta’ applikazzjoniSkadenza għas-sottomissjoni: 10 ta' Ġunju 2026
Il-kandidati interessati huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom, billi jużaw il-mudell tal-formola tal-applikazzjoni, permezz tal-posta elettronika.