Ħarsien tad-dejta

Politika għall-ħarsien ta’ dejta personali u emails

Il-BERS huwa marbut li jħares il-kunfidenzjalità tal-utent. Jipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet deskritti hawn taħt u ma jxandarhiex għal skopijiet kummerċjali.

L-informazzjoni personali kollha tiġi proċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u r-regoli tal-BĊE fuq is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tat-teknoloġija tal-informatika.

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001

X’informazzjoni jiġbor il-BERS permezz ta’ dan is-sit?

Informazzjoni reġistrata mis-servers tal-BĊE

Cookies – Dawn huma bċejjeċ ta’ dejta li server ta’ sit jibgħat lill-brawżer tal-kompjuter. Il-brawżer jgħarraf lis-server kull meta żżur dak is-sit partikolari. Il-cookies jgħinuna naħżnu l-preferenzi u x-xejriet tal-użu tal-utenti fuq bażi aggregata.

Informazzjoni reġistrata – Is-servers jirreġistraw awtomatikament l-informazzjoni li jibgħat il-brawżer kull meta żżur xi sit. Dawn ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jinkludu tagħrif bħad-data u l-ħin taż-żjarat tiegħek, l-indirizz IP tiegħek, it-tip, il-lingwa u d-daqs tal-iskrin tal-brawżer, u cookie jew iżjed li jidentifikaw il-brawżer. L-informazzjoni li jiġbor il-BERS tintuża biss biex tinġabar l-istatistika fuq bażi aggregata dwar l-użu ta’ dan is-sit.

Informazzjoni reġistrata minn servers ta’ terzi

Google Analytics – Dan is-sit juża l-Google Analytics, servizz estern, biex jiġbor statistika fuq l-użu tas-sit. It-tagħrif li jinġabar mis-servers tal-BĊE jintbagħat ukoll lis-servers imħaddma minn Google u jintuża biex jipprovdi lill-BERS bi statistika aggregata fuq l-għadd ta’ żjarat tal-brawżer, ix-xejriet fl-użu u t-tiftix li jsir f’dan is-sit.

Google għandu l-politika tiegħu fejn tidħol il-kunfidenzjalità. Google stess jiċċertifika l-konformità mal-qafas Privacy Shield tal-UE u l-Istati Uniti, żviluppat mid-Dipartiment tal-Kummerċ Amerikan b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea biex jissodisfa l-istandard tal-‘adegwatezza’ Ewropea għall-ħarsien tal-kunfidenzjalità.

Google Analytics
Politika ta’ Google fuq il-kunfidenzjalità
Ċertifikazzjoni Privacy Shield  

Tista' tirrifjuta li tuża l-cookies tal-Google Analytics billi tniżżel u tinstalla l- Google Analytics Opt-out Browser Add-on.

Informazzjoni personali mibgħuta permezz tas-sit jew b’email

Minbarra li tista’ tikkuntattja lill-BERS permezz tal-indirizzi tal-email li jidhru f’dan is-sit, tista’ tikkuntattjana wkoll permezz ta’ servizzi elettroniċi bħas-sistema ta’ reklutaġġ onlajn tal-BĊE, fejn l-informazzjoni personali tkun meħtieġa biex inkunu nistgħu nipprovdu s-servizzi li tixtieq.

Sistema ta’ reklutaġġ onlajn tal-BĊE

Kif iħares u jissalvagwarda l-informazzjoni tiegħek il-BERS?

L-informazzjoni f’dan is-sit hija koperta b’sistema ta’ protezzjoni tad-dejta personali kif ukoll permezz tal-politika ta’ ħarsien tal-emails.

Bażi legali – Il-politika fuq il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE hija msejsa fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-BERS jipproċessa d-dejta personali skont dan ir-Regolament.

Uffiċjal għall-Ħarsien tad-Dejta – Fi ħdan il-BERS, l-Uffiċjal għall-Ħarsien tad-Dejta jiżgura li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u jagħti pariri lill-kontrolluri tad-dejta fuq it-twettiq tal-obbligi tagħhom (ara l-Artikolu 24 tar-Regolament).

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jaġixxi bħala awtorità superviżorja indipendenti għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE (ara l-Artikoli 41 sa 45 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Servizzi elettroniċi – Għal kull servizz elettroniku speċifiku li joffri l-BERS hemm kontrollur tad-dejta li jistabbilixxi l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali li tkun intbagħtet u jiżgura li tikkonforma mal-politika tal-kunfidenzjalità.

Emails – Id-dejta personali tinġabar biss biex tkun tista’ tirċievi tweġiba. Jekk ikollok xi mistoqsijiet fuq l-ipproċessar tal-emails u d-dejta personali, toqgħodx lura u semmihom fil-messaġġ tiegħek.

Sit tar-reklutaġġ – Informazzjoni speċifika fuq il-ħarsien tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ reklutaġġ tinsab fil-paġni speċifiċi tal-karrieri fil-websajt tal-BĊE.

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta