Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kumitat ta' Tmexxija

Il-Kumitat ta’ Tmexxija jgħin fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Bord Ġenerali. Huwa jeżamina l-analiżi li jippreżentaw il-korpi konsultattivi tal-BERS (il-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv) u jiddiskuti l-aġenda tal-politika makroprudenzjali tal-BERS.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija huwa magħmul minn:

  • il-President u l-ewwel Viċi President tal-BERS
  • il-membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) responsabbli għall-istabbiltà finanzjarja u l-politika makroprudenzjali
  • erba' membri nazzjonali tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot, eletti minn u minn fost il-membri nazzjonali tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot
  • Rappreżentant  tal-Kummissjoni Ewropea
  • il-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
  • il-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
  • il-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)
  • il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC)
  • il-President tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (ASC)
  • il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC)
Membri

Il-paġni kollha f’din it-taqsima