Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Bord Ġenerali

Il-Bord Ġenerali jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiżgura li l-BERS ikun jista’ jwettaq il-kompiti fdati f’idejh. Il-Bord jiltaqa’ tal-anqas erba’ darbiet fis-sena (f’Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru).

Membri

Il-Bord Ġenerali huwa magħmul minn dawn il-membri li għandhom dritt għall-vot:

  • il-President u l-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
  • il-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jew, fejn japplika, rappreżentanti ta’ livell għoli tal-awtoritajiet nominati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013
  • rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni Ewropea
  • il-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
  • il-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
  • il-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)
  • il-President u ż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (ASC)
  • il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv (ATC)

u minn dawn il-membri li m’għandhomx dritt għall-vot:

  • rappreżentant għoli minn kull Stat Membru tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ta’ awtorità nazzjonali fdata bit-tmexxija ta’ politika makroprudenzjali, jew tal-bank ċentrali nazzjonali, sakemm il-Gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali ma jkunx il-membru tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot, f’liema każ rappreżentant ta’ livell għoli tal-pajjiż il-bank ċentrali jkun il-membru tal-Bord Ġenerali mingħajr drittijiet tal-vot (ir-rappreżentanti ta' livell għoli għandhom iduru skont il-punt diskuss, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali ta' Stat Membru partikolari ma jkunux qablu fuq rappreżentant komuni)
  • il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC)
  • il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE
  • il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
  • il-Gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali tal-Islanda
  • il-Gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali tan-Norveġja
  • rappreżentant għoli tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Liechtenstein
  • rappreżentant għoli tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti tal-Istati msemmija hawn fuq tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA)
  • membru tal-kulleġġ tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali, meta dan ikun rilevanti għall-kompiti tiegħu

President u Viċi Presidenti

Christine Lagarde President tal-BERS
Olli Rehn l-Ewwel Viċi President tal-BERS
José Manuel Campa it-Tieni Viċi President tal-BERS

Il-paġni kollha f’din it-taqsima